Strixxikli - comics - Malta
  Terminoloġija
 

Nota dwar it-terminoloġa użata.

Fl-iżvilupp ta’ dan il-medju, magħruf bl-ingliż bħala comics, il-kartunisti u l-pubblikaturi Maltin użaw diversi termni biex jintroduċu dan il-ġeneru f'Malta. Fost l-aktar użati kienu, STEJJER BL-ISTAMPI,  FUMETT, KOMIK u STRIXXIKLU. Fuq dan is-sit elettroniku se nkomplu bl-użu ta' dawn it-termni filwaqt li se nfittxu oħrajn ġodda, bit-tama li ngħinu sabiex tinbena t-terminoloġija Maltija għal dan il-medju espressiv.

 

STRIXXIKLU  huwa termnu ċamat minn artisti ta' dan il-ġeneru bil-ħsieb li jirristabbilixxu l-comic Malti bħala mezz modern ta' kommunikazzjoni u espressjoni. Fost dawn l-artisti nħasset il-ħtieġa ta’ termnu ġdid u ħieles mill-konnotazzjonijiet żvalutattivi li għandha l-kelma comics f’Malta. Għalhekk kien ipproponut it-termnu strixxiklu sabiex dan il-ġeneru jibda jirċievi l-istima li tixraqlu fil-qasam kulturali lokali. Għal din ir-raġuni wkoll aħna adottajna STRIXXIKLU  bħala termnu ewlieni għal din il-kompilazzjoni ta’ xogħlijiet minn kartunisti Maltin. STRIXXIKLU  tfisser sensiela ta’ strixxi mpenġijin biex jirrakkuntaw storja. 

 

 
   
 
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free