Nota dwar it-terminoloġa użata.
Fl-iżvilupp ta’ dan il-medju, magħruf bl-ingliż bħala comics, il-kartunisti u l-pubblikaturi Maltin użaw diversi termni biex jintroduċu dan il-ġeneru f'Malta. Fost l-aktar użati kienu, STEJJER BL-ISTAMPI, FUMETT, KOMIK u STRIXXIKLU. Fuq dan is-sit elettroniku se nkomplu bl-użu ta' dawn it-termni filwaqt li se nfittxu oħrajn ġodda, bit-tama li ngħinu sabiex tinbena t-terminoloġija Maltija għal dan il-medju espressiv.
STRIXXIKLU huwa termnu ċamat minn artisti ta' dan il-ġeneru bil-ħsieb li jirristabbilixxu l-comic Malti bħala mezz modern ta' kommunikazzjoni u espressjoni. Fost dawn l-artisti nħasset il-ħtieġa ta’ termnu ġdid u ħieles mill-konnotazzjonijiet żvalutattivi li għandha l-kelma comics f’Malta. Għalhekk kien ipproponut it-termnu strixxiklu sabiex dan il-ġeneru jibda jirċievi l-istima li tixraqlu fil-qasam kulturali lokali. Għal din ir-raġuni wkoll aħna adottajna STRIXXIKLU bħala termnu ewlieni għal din il-kompilazzjoni ta’ xogħlijiet minn kartunisti Maltin. STRIXXIKLU tfisser sensiela ta’ strixxi mpenġijin biex jirrakkuntaw storja.
|